Futbol internazzjonali
Il-Kunsill tal-FIFA japprova pjan finanzjarju effettiv biex jgħin lill-assoċjazzjonijiet tal-futbol

Il-FIFA ħabbret li minħabba l-problemi finanzjarji li nħolqu bil-pandemija mondjali tal-COVID-19 u liema ċirkostanzi qed joħolqu riskju għall-organizazzjoni ta’ kompetizzjonijiet varji madwar id-dinja, matul il-Kunsill li sar l-bieraħ f’Zurich kien approvat pjan finanzjarju li għandu jtaffi mill-impatt negattiv fuq il-211 assoċjazzjoni membru.

Dan il-pjan jinkludi għajnuna finanzjarja diretta fejn kull assoċjazzjoni se tingħata s-somma ta’ miljun Dollaru Amerikan, liema fondi għalhekk se jkunu qed jagħmlu tajjeb fl-operat, għat-telf imġarrab waqt in-nuqqas ta’ attivita’ bejn Marzu u Mejju 2020. L-assoċjazzjonijiet se jkunu qiegħdin ukoll jirċievu finanzjamenti oħra relatati speċifikament mal-futbol tan-nisa. Parti mill-finanzjamenti mistennija titħallas ix-xahar id-dieħel u parti oħra fil-bidu tas-sena l-ġdida.

Il-fondi se jkunu jistgħu jintużaw għal amministrazzjoni ġenerali, għall-implimentazzjoni ta’ protokolli mediċi, għall-manutenzjoni ta’ infrasstruttura, għat-timijiet nazzjonali, għall-organizazzjoni ta’ kompetizzjonijiet domestiċi u għall-proġetti fil-kommunità.

Apparti minn dawn il-finanzjamenti diretti l-FIFA qed toffri wkoll assistenza addizzjonali permezz ta’ self bla interessi lill-membri tagħha biex dawn ikunu jistgħu jikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom fil-perjodu wara l-kriżi.

Il-FIFA qalet li wasslet għal dan il-pjan wara li rċeviet rapport mingħand l-assoċjazzjonijiet membri dwar il-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-aħħar xhur u saħqet li biex il-fondi jintużaw b’mod effettiv, se jinħatar kumitat apposta li jrid iħares li jsiru mekkaniżmi xierqa ta’ awditjar fejn kollox ikun irrapurtat f’central audit apposta ħalli ma jkunx hemm lok ta’ abbuż.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Napoli 0 Atalanta baqgħu għaddejjin mill-forma pożittiva tagħhom meta laqgħu lil Napoli u rebħulhom 2-0 biex issa kważi ċerti minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Il-gowls kienu…

Aktar