Basketball
Il-Kunsill tal-Malta Basketball Association jikkanċella l-kompetizzjonijiet

F’laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Basketball Association li saret l-Erbgħa filgħaxija ġie deċiż li l-kampjonati kollha tal-basketball jiġu kkanċellati għal dan l-istaġun minbarra l-kampjonat tal-U23 tan-Nisa li diġà kien tlesta.

Wara li x-xahar li għadda kienu kkanċellati l-kampjonati tal-irġiel u tan-nisa għall-istaġun 2019/20, il-Kunsill tal-MBA kien wiegħed li ser jerġa’ jiltaqa’ f’Mejju sabiex jiddeċiedi dwar kompetizzjonijiet oħra u l-kampjonati taż-żgħażagħ li kienu posposti f’April. B’deċiżjoni unanima tal-Kunsill tal-MBA ġie deċiż li kull kompetizzjoni u kampjonat jiġu kkanċellati u b’hekk tniżżel is-siparju fuq l-istaġun 2019/20. L-uniku kampjonat mitmum kien tal-U23 tan-nisa li ntrebaħ minn Starlites.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Is-sewwieq tal-Williams George Russell rebaħ ir-raba’ tellieqa virtwali konsekuttiva tiegħu biex b’hekk rebaħ ukoll il-kampjonat li sar apposta matul il-pandemija tal-Covid-19. Din it-tellieqa kienet l-aħħar waħda qabel tliet ġimgħat oħra…

Futbol internazzjonali

It-12 ta’ Ġunju 2020. Il-ġurnata li fiha kellu jibda t-tournament tal-Euro 2020. Kieku mhux għall-pandemija Covid-19, bejn illum u t-12 ta’ Lulju, fl-Ewropa kien ser isir spettaklu ta’ futbol f’pajjiżi…

Basketball

Il-player żagħżugħ Malti tal-Basketball Kurt Cassar għadu kif laħaq ftehim mat-team tal-A2 fl-Italja Agribertocchi. Cassar li bħalissa jinsab Malta lura mal-familja tiegħu wara perjodu twil ta’ lock down f’Turin l-Italja…

Basketball

Il-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant se jibqa’ mfakkar anki fil-Bożnija u l-Herzegovina wara li diversi dilettanti tal-isport u tal-arti għamlu tpinġija tiegħu ma’ ħajt kbir ta’ skola li tinsab fin-naħa ta’…

Aktar