Motorsport
Il-Land Rover Owners Club Malta b’attivita’ b’risq il-Fondazzjoni Karl Vella

Il-Land Rover Owners Club Malta  se jorganizzaw attivita’ fil-Mosta nhar il-Ħadd 28 ta’ April 2019 bejn it-8am u s-1pm bil-għan biex jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Karl Vella. Dawk kollha li huma membri fil-klabb u anke min mhux membru hu għandu Land Rover mistieden li jattendi u jipparteċipa kemm fix-xow statika u kemm fl-articulation fuq konkos li se jintrama apposta fil-parkeġġ ta’ fejn rotunda Mosta. Se jkun hemm xow min Tony Farrugia u Pawlu Grima li ser jiġbdu xi Land Rovers u juru s-saħħa tagħhom ukoll. Se jkun hemm esebizzjoni ta’ mudelli ta’ karrozzi  fis-sala tal-Każin Santa Marija Mosta. Din l-attivita’ qed isir bl-għajnuna tal-Kunsill tal-Mosta fosthom is-Sindku Keith Cassar, u l-Każin Banda Santa Marija Mosta.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.