Għawm
Il-LEN tħassar il-Kungress elettiv u anke l-Kampjonati Ewropej tal-Għawm

Il-LEN (Ligue Européenne de Natation) ħabbar permezz ta’ stqarrija lill-media internazzjonali li kien sfurzat iħassar il-Kungress elettiv li kien se jsir f’Budapest f’Mejju.

F’dan il-kommunikat iffirmat personalment mill-President taljan Paolo Barelli jingħad li minħabba r-restrizzjoni ta’ vjaġġar u l-kriżi tal-COVID-19 huma kellhom jikkanċellaw ukoll il-kampjoanti ewropej tal-Għawm 2020 kif ukoll dawk tal-Masters.

Oriġinalment dawn il-kampjonati kellhom isiru bejn il-11 u l-24 ta’ Mejju iżda issa dawn se jkunu posposti għall-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu dejjem jekk is-sitwazzjoni internazzjonalment taqleb għall-aħjar.

Barelli spjega li f’każ estrem li dawn il-kampjonati xorta ma jkunux jistgħu isiru f’Awwissu, jkollhom jkunu skedati għas-sena 2021 dejjem f’Budapest l-Ungerija.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Għawm

Iċ-Champion Olimpika t-taljana Federica Pellegrini qalet li se tkun qed tikkontribwixxi hi wkoll kif tista’ għal dawk fil-bżonn li ġew affetwati bil-COVID-19 fl-Italja. Pellegrini qalet li se tkun qed titfa’…

Għawm

Suċċess għal Club ta’ ‘Sychro Knights’ hekk kif it-tliet atleti Davida Bonanno, Valentina Marchi u Ana Culic ħadu sehem fil-14 -il edizzjoni tal-Open Artistic Swimming Championships 2019 f’Singapore. Il-Maltin ikkompetew…

Għawm

L-għaddasa Torka Sahika Ercumen irnexxielha tniżżel isimha fil-Guinnes World Record meta niżlet f’ilma kiesaħ silġ u għomot għal 100 metru mingħajr għajnuna. Ercumen niżlet fl-għar Gilindre fit-Turkija, fejn irnexxielha togħdos…

Għawm

L-Amerikan, darbtejn champion Olimpiku, Conor Dwyer, qal li kien qiegħed jirtira mill-karriera tiegħu fl-istess ġurnata li ngħata sospensjoni ta’ 20 xahar li kienet se tħallih barra mil-Logħob Olimpiku ta’ Tokjo…

Aktar