Waterpolo
Il-LEN tiċħad akkużi ta’ ħlas irregolari lill-kumpanija taljana

Il-Federazzjoni Ewropeja tal-isport akwatiku l-LEN ċaħdet rapporti li dehru fil-ġurnali Frankfurter Allgemeine, s-Sunday Times tal-Ingilterra u d-Daily Telegraph fl-Awstralja dwar akkużi ta’ nuqqas ta’ trasparenza u użu ħażin tal-finanzi mill-kumitat Eżekuttiv.

Il-ġurnali rraportaw il-bieraħ li għandhom kopja ta’ dokumenti li ntbgħatu kemm lill-FINA u anke lill-pulizija taljana dwar ħlas lil xejn inqas minn tliet kumpaniji taljani għal xogħol li qatt ma sar. Fir-rapport jisemmew l-ismijiet ta’ dawn il-kumpaniji li huma Elevan, kumpanija tal-assigurazzjoni, CIR AUR u Eurozona li jispeċjalizzaw fil-propjeta’.

L-allegazzjonijiet qed isiru fuq ħlas ta’ €24,000 lill-kumpanija CIR AUR li l-President tal-LEN Paolo Barelli għandu sehem fiha. Dawn jidher li ngħataw kuntratt biex jgħinu fl-għażla tal-kuntratti għad-drittijiet televiżivi. Fl-2014 Barelli kien investigat fuq is-somma ta’ €920,000 li kienet ingħatat mill-FINA biex isir xogħol f’Pixxina f’Ruma qabel il-Kampjonati tad-Dinja ta’ dik is-sena.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Cachia eks referee internazzjonali Malti tal-waterpolo. Cachia beda jikkontrolla logħbiet tal-ogħla diviżjoni fil-kampjonat Malti fl-1970 fejn kien kunsidrat l-aqwa referee ta’ dak iż-żmien bil-maġġoranza tal-logħbiet li…

Għawm

Hekk kif mil-lum uffiċjalment ġew illaxkati xi miżuri għat-taħriġ ta’ Sport outdoor, TVM Sport jista’ jikkonferma li l-għawwiema u l-players tal-waterpolo jistgħu jibdew jitħarrġu fil-Pixxina tal-Qroqq minn nhar it-Tnejn hekk…

Għawm

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku l-ASA fi stqarrija qed tagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex hekk kif se jiġu rilaxxati aktar miżuri fosthom bil-ftuħ ta’ aktar attivita’ kummerċjali bħal restaurants, nail technicians u…

Aktar