International Sports
Il-Logħob tal-Mediterran issa se jsiru f’Oran f’Ġunju tas-sena 2022

Wara li l-Alġerija kienet ħabbret li pposponiet id-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran li kienu skedati għal Ġunju tal-2021 illum il-Kumitat Internazzjonali ta’ dan il-Logħob flimkien mal-Gvern Alġerin ħabbar li issa din l-edizzjoni se tkun posposta b’sena u se ssir bejn il-25 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju 2022 u xorta se tkun ospitata fl-Oran.

Il-Logħob tal-Mediterran huma ferm popolari u jattiraw eluf ta’ atleti fosthom anke minn Malta hekk kif għal diversi snin il-Kumitat Olimpiku Malti dejjem ħa ħsieb li jibgħat atleti Maltin għal din il-kompetizzjoni internazzjonali.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

L-ISSF il-Federazzjoni tal-Isport tal-Isparar bgħatet ittra lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali tinfurmah li m’għandhiex bżonn ta’ ebda għajnuna finanzjarja minkejja l-pandemija tal-COVID-19 affetwat ukoll l-Isport tal-Isparar. L-ISSF hi kkunsidrata bħala waħda mill-iktar…

International Sports

Il-Gvernatur ta’ Kalifornja Gavin Newsom ta l-permess għar-ritorn tal-isport professjonali fl-Istat tiegħu. Ilbieraħ, il-Gvernatur ta’ New York Andrew Cuomo wkoll ta l-istess permess. Newsom qal li fl-Istat tiegħu, l-isport hu…

International Sports

Il-WADA il-World Anti Doping Agency kkonfermat li mill-investigazzjonijiet li baqgħet tagħmel dwar l-iskandlu ta’ doping organizzat fir-Russja sabet erba’ każijiet oħra li ħarġu waqt l-analiżi ta’ riżultati mill-laboratorji tar-RUSADA f’Moska….

International Sports

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach tkellem għall-ewwel darba fil-pubbliku minn mindu tħabbar uffiċjalment il-posponiment tal-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020 għas-sena d-dieħla. Wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li saret b’mod virtwali Bach…

Aktar