Futbol internazzjonali
Il-lukanda fejn kienu alloġjati Manchester United iddawret bil-Pulizija bħalha sigurtà

Matul il-ġurnata tal-bieraħ, il-Pulizija ssejħu bħalha sigurtà mal-lukanda Lowry li kienet qed talloġġja lit-tim u l-istaff ta’ Manchester United wara li sezzjoni ta’ partitarji tagħhom inġabru quddiem Old Trafford bi protesta kontra l-familja Glazer li huma s-sidien tal-klabb.

Il-partitarji protestaw minħabba t-tmexxija tal-klabb u għad-deċiżjoni li kienet se tittieħed li t-tim jirtira mill-kompetizzjonijiet tal-UEFA u jissieħeb fis-Super League.

Il-partita tal-bieraħ bejn Manchester United u Liverpool ġiet sospiża wara li dawn l-istess partitarji daħlu fuq il-pitch tal-istadium, ftit sigħat qabel il-kick off tal-partita.

Il-Pulizija ta’ Manchester ħadu din id-deċiżjoni minħabba s-sigurtà fil-belt.

Il-lukanda li fiha kienu alloġġjati Manchester United qiegħda kważi 5 kilometri ‘l bogħod mill-istadium.

Miktub minn...
TVM Sport