Darts
Il-Malta Darts Association b’attività b’risq il-Malta Community Chest Fund

Il-Malta Darts Association, flimkien mal-Kunsill tal-Kalkara u ‘Breaking Limits’, se jorganizzaw avveniment ta’ karità b’risq il-Malta Community Chest Fund, il-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu, f’Misraħ Arċisqof Gonzi, fil-Kalkara. L-attività tibda fis-6.00pm.

F’din l-attività se jkun hemm wirja ta’ karozzi, u partita futbol ta’ ħbiberija bejn il-pubbliku u t-tim nazzjonali Malti tal-futsal.

Il-qofol tas-serata jintlaħaq fis-7.00pm meta l-Eċċellenza Tagħha Marie Louis Coleiro Preca mistennija żżur l-attività u tkun milqugħa mill-President tal-MDA.

Wara t-8.30pm jibda t-tberik tal-annimali u tibda l-kompetizzjoni Open tad-Darts.

Id-dħul minn din l-attività se jmur kollu għall-Malta Community Chest Fund.

Miktub minn...
TVM Sport