Virtual Sports
Il-Malta Motorsport Federation u World Pro Racing jorganizzaw l-ewwel serje uffiċjali ta’ tlielaq GT
Sensiela ta' ħamest itlielaq kollha diretti hawnhekk fuq tvm.com.mt/sport

Mil-lejla paġna ġdida fl-istorja tal-motorsport diġitali hawn Malta bl-ewwel xandira diretta ta’ tellieqa virtwali tal-karozzi GT għal sewwieqa lokali.

Tlettax-il sewwieq se jiffaċċjaw lil xulxin fuq it-trakka virtwali ta’ Spa Francorchamps fl-ewwel minn ħamest itlielaq mis-sensiela uffiċjali Gran Turismo organizzata bi sħab bejn World Pro Racing u l-Malta Motorsport Federation.

Fuq l-iscreens tagħkom bħalissa qed taraw is-sessjoni uffiċjali ta’ prattika li għadha kemm bdiet. Fid-20:45 tibda l-kwalifika u fid-21:00 it-tellieqa propja fuq ħmistax-il dawra.

Tistgħu ssegwu l-attività kollha kemm hi fil-paġni sportivi tal-portal ta’ Television Malta tvm.com.mt kif ukoll fil-facebook page ta’ TVMSport.

It-tlielaq f’din is-serje se jkunu dejjem nhar t’Erbgħa u huma l-bidu tal-proċess biex jitwaqqaf kampjonat nazzjonali tas-sewqan diġitali: bir-rebbieħ eventwalment jirrappreżenta lil Malta fl-FIA Motorsport Games.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Virtual Sports

Daniel Vella rebaħ l-ewwel tellieqa virtwali uffiċjali ta’ Gran Turismo organizzata għal sewwieqa lokali f’inizjattiva bi sħab bejn World Pro Racing u l-Malta Motorsport Federation. Tlettax-il sewwieq ħadu sehem fit-tellieqa…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Aktar