Il-Malti Sam Magri jingħaqad ma’ Nuneaton Town

Il-plejer ta’ dixxendenza Maltija Sam Magri ingħaqad mal-klabb ta’ Nuneaton Town fil-Football Conference b’self mingħand il-klabb tac-Championship Queens Park Rangers.

Magri li għandu 19-il sena beda l-karriera ma’ Portsmouth u anke lagħab mat-Tim Nazzjonali Ngliż fil-livell ta’ taħt is-17-il sena.

Il-propja isem tiegħu huwa Samuel John Magri, huwa ta’ dixxendenza Maltija, imma xi snin ilu nannuh kien emigra lejn ir-Renju Unit.

F’intervista li kien ta ftit żmien ilu, Sam Magri kien qal li l-objettiv tiegħu huwa li xi darba jirrapreżenta lil Ingilterra fil-livell tal-kbar, madankollu ma eskludix li jekk ma jirnexxilux, jikkunsidra jilgħab għal Malta.

Il-possibilta li Sam Magri jilgħab ghall-Ingilterra hija minima, u ghalhekk ikun tajjeb li l-MFA issegwi lil dan iż-żagħżugh, u tikkusidrah biex jilgħab għal pajjizna fiż-żmien li ġej.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-UEFA tat ftit tan-nifs lit-team taljan ta’ AC Milan hekk kif il-Club se jkun qed jingħata ċans itejjeb u jipprova jibbilanċja s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu fis-snin li ġejjin. Il-UEFA permezz tal-kumitat…

Futbol internazzjonali

It-timijiet ta’ Manchester City, kemm tal- irgiel kif wkoll tan-nisa għamel diversi żjarat fi sptarijiet madwar il-belt, inkluż l-isptar tat-tfal. Pep Guardiola qatta ġurnata sħiha jiltaqa’ ma żgħażagħ u tfal…

Futbol internazzjonali

Wara l-logħba tal-bieraħ tal-UEFA Europa League bejn Vidi u Chelsea li ntemmet 2-2, il-klabb Ingliż wiegħed li ser jieħu l-azzjonijiet kollha possibbli kontra l-partitarji li ser jinqabdu li kantaw lirika…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, qal li l-maġġoranza tal-federazzjonijiet tal-futbol madwar id-dinja huma favur li t-Tazza tad-Dinja li ser issir fil-Qatar fl-2022 jipparteċipaw fiha 48 tim. S’issa, fit-Tazza tad-Dinja kienu jipparteċipaw…

Aktar