Basketball
Il-Maltin jitilfu kontra Andorra, bl-iskor ta’ 74-93

Basketball: Fil-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej, it-team Nazzjonali Malti tal-irġiel ħa skoss kbir lura fit-tentattiv tagħhom li jiddefendu l-midalja tad-deheb, mirbuha sentejn ilu, f’San Marino.

Wara rebħiet fuq San Marino u Gibilta’, l-Maltin daqu t-telf fit-tielet partita, meta ġew megħluba minn Andorra, bl-iskor ta’ 74-93. Andorra dejjem kienu għadma iebsa ghall-Maltin, u rnexxielhom irażżnu t-theddida ta’ Aaron Falzon, meta llimitawh għal 9 punti biss.

L-aħjar scorers Maltin, it-tnejn bi 23 punt, kienu Tevin Falzon u Kurt Cassar.

Andorra temmew l-impenji tagħhom bi tliet rebħiet u telfa, waqt li Malta għad trid tilgħab fl-aħħar logħba, kontra l-Irlanda illejla fit-8pm, li għadhom mhux megħluba.

Malta mhux biss trid tirbaħ lill-Irlanda, imma b’differenza ta’ punti kbira, 24 punt, biex tibqa’ żżomm id-deheb, S’issa l-Maltin huma assigurati mill-midalja tal-bronż.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.