Futbol internazzjonali
Il-Manchester United Supporters’ Club Malta b’dokumentarju fl-okkażjoni tas-60 sena anniversarju

Manchester United Supporters’ Club Malta, b’ kollaborazzjoni ma’ John Gubba, produttur indipendenti u direttur tal-films, se jkun qed iniedi film dokumentarju ta’ 115-il minuta bit-titlu “The Religion – 60 Years’ of Loyal Support”. 

Dan il-premiere tal-film se jsir nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru fuq l-iscreens tal-Kavallier ta’ San Ġakbru fil-Belt Valletta. Il-Ħadd 17 ta’ Novembru, dan il-film se jintwera għall-ewwel darba f’ Għawdex fil-Grand Hotel fl-Imġarr. 

Il-produzzjoni hija kumpilazzjoni ta’ 60 sena filmati meħudin f’ avvenimenti tal-klabb, arkivji tal-PBS, filmati tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, arkivji privati u ammont sostanzjali ta’ filmati miġbuda fl-aħħar 5 snin minn meta John Gubba imbarka fuq dan il-proġett. Il-film dokumentarju jgħaqqad l-ibbumbardjar t’ Old Trafford fl-1941, l-ilqit fuq Malta tat-Tieni Gwerra Dinjija u t-tiġrif tal-ajruplan fi Munich fl-1958. MUSC Malta kien imwaqqaf sena wara it-traġedja ta’ Munich u minn dak iż-żmien, Manchester United u l-klabb Malti tas-sapporters evolvew flimkien, b’ ħafna mumenti maqsumin flimkien li jagħmluna kburin. 

Il-premiere tal-film jaħbat fl-istess żmien tat-tnedija tal-ktieb “A Tale of Two Cities: Manchester & Malta’s Grand Harbour”. Miktub mill-Professur Victor Grech, il-ktieb b’ qoxra iebsa ta’ 200 paġna juri ritratti ta’ Manchester u tal-Port il-Kbir, u jinkludi rappurtaġġ estensiv taċ-ċelebrazzjonijiet tas-60 sena anniversarju ta’ MUSC Malta. 

Żewġ ex-plejers ta’ Manchester United, Quinton Fortune u Michael Clegg, se jattendu għat-tnehdija tal-ktieb f’Portomaso nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru. Id-dħul kollu mill-bejgħ tal-ktieb se jingħata b’ donazzjoni lil Beating Hearts Malta. 

L-ex-plejers se jattendu sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ġewwa l-Manchester United Supporters’ Club l-Imsida nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru fis-2pm. Il-pubbliku mistieden jattendi. Il-plejers se jattendu wkoll il-premiere tal-film. 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Nhar il-Ħadd li għadda, logħba futbol fil-Peru spiċċat imtappna bi ġlied kbir wara li Deportivo Garcilaso u Deportivo Llacuabamba spiċċaw il-konfront fi draw. Minħabba li din kienet logħba tat-Tazza Peruvjana,…

Futbol internazzjonali

It-Tlieta filgħaxija tiġi fi tmiemha l-fażi tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020 bi programm t’għaxar logħbiet li kollha jibdew fid-20:45.   GRUPP Ċ Kollox magħluq f’dan il-grupp bl-uniku ħaġa li trid…

Futbol internazzjonali

Ġibilta – Żvizzera  1-6 L-Iżvizzera kisbu r-rebħa li riedu hekk kif huma għelbu lil Ġibilta bl-iskor ta’ 6-1 biex ikkwalifikaw bl-ewwel post minn Grupp D.  Huma fetħu l-iskor wara għaxar…

Futbol internazzjonali

GRUPP F Malta………..1 Norveġja…..2   Malta temmet l-impenji tagħha fi Grupp F b’telfa kontra n-Norveġja f’Ta’ Qali bl-iskor ta’ 2-1. Din kienet l-għaxar telfa għal Malta kontra n-Norveġja, fejn il-Maltin…

Aktar