Ibburdjar
Il-Mapfre Middlesea Yachting Malta Christmas Regatta tattira flotta lokali tajba

Il-Mapfre Middlesea Yachting Malta Christmas Regatta attirat flotta lokali tajba fejn għal dawn l-aħħar 20 sena, fil-weekend ta ‘qabel il-Milied isir l-avvenimet li fih jilqa’ flotta ta’ baħrin internazzjonali f’Malta iżda għal din is-sena l-barranin ikkanċellaw il-vjaġġ tagħhom f’pajjiżna minħabba il-pandemija tal-Covid-19.

Madankollu, il-Klabb iddeċieda li jospita l-Mapfre Middlesea Yachting Malta Christmas Regatta għall-atleti bbażati lokalment fil-Bajja tal-Mellieħa.

Ir-Regatta li bdiet nhar il-Ġimgħa u ntemmet dalgħodu bil-baħrin li kkompetew fil-Klassi Optimist u Laser. Il-Klabbs u l-Iskejjel tal-Ibburdjar lokali kollha kienu rappreżentati.

Fl-ewwel jum tat-tlielaq, nhar il-Ġimgħa, saru total ta’ tliet itlielaq.

Riżultati tal-Ewwel Ġurnata

 Optimist Novice

1st Jack Gabriele (MYSC)
2nd Katrina Micallef (RMYC)
3rd Luca Schembri Meli (RMYC)

 

Optimist Cadets

1st Timmy Vassallo (MYSC)
2nd Jonas Micallef (MYSC)
3rd Zane Attard (BSC)

 

Optimist Open

1st Eric Fenech Pace (MYSC)
2nd Ben Vassallo (MYSC)
3rd Nico Drescher (MYSC)

 

Laser 4.7

1st Matthew Flores (BSC)
2nd Saul Vassallo (MYSC)
3rd Shaun Aquilina (BSC)

 

 

 

Laser Radial

1st Agija Ēlerte (RMYC)
2nd Elza Cibule  (RMYC)
3rd Dimitris Vertsonis (RMYC)

 

Laser Standard

1st Roberts Štāls-Buls (RMYC)
2nd Karl Miggiani (MYSC)
3rd Gregory Mifsud (MYSC)

 

RS Feva

1st  Dasha Attard / Daniel (BSC)
2nd Dale Attard / Andre Fenech (BSC)
3rd Ada Calosso  / Faye Portanier (RMYC)

 

Miktub minn...
TVM Sport