Il-Maratona ta’ Londra se ssir fuq skala ferm iżgħar mis-soltu

L-Organizzaturi tal-Maratona ta’ Londra qalu li b’riżultat tas-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19 huma kellhom jikanċellaw il-Maratona ta’ din is-sena li kienet tiġbed eluf ta’ parteċipanti. L-Organiżaturi qalu li se jżommu biss il-kompetizzjoni tal-elite fejn fiha se jkunu mistiedna jiġru biss numru limitat ta’ atleti fosthom Eliud Kipchoge u Kenenisa Bekele. Il-Maratona s-soltu jkollha l-parteċipazzjoni ta’ 40,000 atleta. It-maratona elite bl-aħjar maratoneti madwar i-Dinja issa se ssir fl-4 ta’ Ottubru.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Aktar