FILMAT: Il-Marsa jirbħu x-Shield tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja

 

Il-Marsa rebħu l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja meta rnexxilhom jiksbu massimu ta’ 64 punt u għelbu l-isfida tal-Isla u Bormla rispettivament.

Kienet edizzjoni sabiħa fejn fiha l-Marsa ħadu l-ewwel fi 3 tiġrijiet li kienu, tal-medalji, ta’ bi tnejn u ta’ b’erbgħa.

Ix-Shield tal-kategorija B intrebħet minn Bormla meta kellhom total ta’ 60 punt.

Fl-Open kif kien mistenni Marsa protagonisti fid-dgħajjes il-kbar meta kif kien mistenni rebħu u ħadu tliet palijiet tal-ewwel u allura minkejja li ma pplajsjawx bil-Frejgatina u bil-kajjikk xorta rebħu x-Shield. It-tieni spiċċaw l-Isla li kien l-uniku Club li pplajsja fil-ħames tiġrijiet tal-Open. Is-Sengleani daħu t-tieni f’tal-Midalji, it-tieni bil-frejgatina, it-tielet b’ta bi Tnejn l-ewwel fil-kajjik u t-tielet fl-aħħar tiġrija tax-xogħol b’ta b’erbgħa. Regatta diżappuntanti għal Bormla li l-anqas ipplajsjaw biss f;’tal-midalji, f’ta’ bi tnejn u fil-kajjik u ħadu biss il-punti fil-frejgatini li ħadu l-ewwel fiha u t-tieni fl-aħħar tiġrija.

Sorpiża żgħira ħolquwa Marsamxett fejn minkejja li spiċċaw ir-raba’ overall b’sittax -il punt huma ħadu l-palju tat-tieni post fid-dgħajsa ta’ bi tnejn.

Fi tmiem l-għaxar tiġrijiet is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Chris Agius flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar ippreżentaw it-Tazzi, u l-paljijiet lil-qaddiefa, is-Shiled lil-Bormla rebbieħa tal-kategorija B u lil Marsa bħala rebbieħa tax-Shield tal-kategorija Open hawn għal Marsin protagonisti din is-sena l-qaddiefa Kieran Zammit, Clive Casha, Dennis Thorton, Jurgen Camilleri u Clifton Camilleri.

Klassifika Finali Open

MARSA……..64
Isla………46
Bormla…….28
Marsamxett…16
Birgu……..14
Birżebbuġa…4

Klassifika Finali Kategorija B

BORMLA……60
Marsa…….56
Isla……..44
Kalkara…..8
Birgu…….4

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA