Motorsport
Il-McLaren Group ser ikeċċi lill-ħaddiema minħabba l-Covid-19

Il-McLaren Group ħabbru li ser inaqqsu mal-1,200 impjieg bil-proposti l-ġodda ta’ ristrutturar fil-kumpanija. Dan ir-ristrutturar ser isir biex jiġġieled l-impatt tal-imxija tal-Covid-19, bil-McLaren mal-ewwel kienu ħabbru li ser tkun diffiċli għalihom li jikkompetu fil-Formula 1 jekk kemm-il darba l-istaġun idum ħafna ma jibda.

Il-posponiment tal-attivitajiet sportivi, is-sospensjoni tal-manifattura u attivitajiet oħra madwar id-dinja kellhom impatt qawwi fuq il-McLaren Group. Skont iċ-Chairman Eżekuttiv Paul Walsh, il-McLaren Group għamel dak kollu possibbli sabiex ma jitkeċċewx ħaddiema, imma issa wasal fi stat li ma jistax jagħmel mod ieħor. Il-McLaren Group iħaddem madwar 4,000 persuna, u t-tnaqqis jidher li ser jaffettwa kwart tal-impjegati tal-kumpanija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Formula 1

Is-sewwieq tal-Williams George Russell rebaħ ir-raba’ tellieqa virtwali konsekuttiva tiegħu biex b’hekk rebaħ ukoll il-kampjonat li sar apposta matul il-pandemija tal-Covid-19. Din it-tellieqa kienet l-aħħar waħda qabel tliet ġimgħat oħra…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Aktar