Futbol internazzjonali
Il-media internazzjonali: Imut Diego Maradona fl-età ta’ 60 sena

Skond il-media internazzjonali, l-Arġentin Diego Maradona miet ftit tal-ħin ilu.

Is-siti qed jgħidu li Maradona miet kawża ta’ attakk tal-qalb.

Ftit tal-jiem ilu, Maradona kien operat minħabba blood clot f’moħħu.

Hu kien beda jieħu l-kura minħabba l-problema kbira ta’ alkoħol li kellu.

Il-media internazzjonali rrapurtat li Maradona miet f’dahru f’Tigre, fl-Arġentina.

L-aħbar qed tingħata prominenza f’siti internazzjonali fl-Arġentina stess, fil-Brażil u anki fl-Italja.

Ħafna dilettanti tal-futbol madwar id-dinja jqisu lil Maradona bħala l-aqwa plejer ta’ kull żmien.

Hu rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1986 li kienet saret fil-Messiku.

Maradona jibqa’ idolu u ikona f’Napli fejn magħhom rebaħ anki żewġ kampjonati u t-Tazza UEFA.

Meta kien għadu iżgħar, Maradona lagħab ukoll ma’ Barcelona.

Miktub minn...
TVM Sport