Futbol internazzjonali
Il-mewt ta’ Maradona setgħet ġiet evitata; it-Tabib u l-Psikjatra għall-Qorti

Diversi persuni se jkunu qegħdin jitressqu fil-Qorti fl-Arġentina akkużati dwar negliġenza li wasslet għall-mewt ta’ Diego Armando Maradona.

Fost il-persuni li se jkunu qed jitressqu hemm it-Tabib tiegħu Leopoldo Luque u l-Psikjatra Agustina Cosachov.

L-inkjesta kkonkludiet li l-mewt ta’ Maradona setgħet ġiet evitata kieku dawk li kienu qed jieħdu ħsieb saħħtu kienu aktar attenti u ma mxewx b’negliġenza.

L-inkjesta kkonkludiet ukoll li Maradona miet kawża ta’ qtugħ ta’ nofs li mbagħad irriżulta fi problemi f’qalbu u li fl-aħħar jiem u sigħat ta’ ħajtu, ma kellux l-assistenza medika l-ħin kollu qrib tiegħu meta saħħtu marret lura ħafna.

Jekk dawk li se jitresqu jinstabu ħatja jistgħu jaħlu massimu ta’ 25 sena ħabs.

Miktub minn...
TVM Sport