Futbol internazzjonali
Il-MFA ser iddaħħal minn tal-inqas €750,000 mill-parteċipazzjoni fil-UEFA Nations League

Il-UEFA ħabbret li dawk it-timijiet li qegħdin jipparteċipaw fil-UEFA Nations League ser ikunu qegħdin jaraw żieda ta’ 50% fis-solidarity fees li tirċievi kull assoċjazzjoni. B’dawn il-flus, kull assoċjazzjoni tista’ tagħmel dak li trid, fosthom li tgħin lill-klabbs lokali permezz t’inċentivi diversi, kif ukoll biex jiġi mgħejjun it-tim nazzjonali.

Fażi tal-Gruppi – solidarity fees         Somma Oriġinali             Żieda      Somma Ġdida       
League A €1.5m €750,000 €2.25m
League B €1m €500,000 €1.5m
League C €750,000 €375,000 €1.125m
League D €500,000 €250,000 €750,000

Dawk it-timijiet li jirbħu l-League rispettiv tagħhom, mill-A sad-D, allura ser ikunu qegħdin jibbenefikaw minn 50% żieda oħra f’bonus addizzjonali:

Fażi tal-Gruppi – Żieda addizzjonali lir-rebbieħa Somma Oriġinali   Żieda    Somma Ġdida   
League A €1.5m €750,000 €2.25m
League B €1m €500,000 €1.5m
League C €750,000 €375,000 €1.125m
League D €500,000 €250,000 €750,000

Il-massimu li tim jista’ jieħu minn League A huwa €4.5m, €3m għal min jirbaħ League B, €2.25m għal min jirbaħ League C u €1.5m għar-rebbieħ ta’ League D. Ir-rebbieħa ta’ kull grupp ser jilagħbu għat-trofew tal-UEFA Nations League f’Ġunju tas-sena d-dieħla, bl-aħħar erba’ timijiet ser jieħdu somma sostanzjali ta’ flus lura magħhom:

Finali                          Somma Oriġinali                 Żieda               Somma Ġdida     
Ir-Rebbieħa €4.5m €1.5m €6m
It-Tieni Post €3.5m €1m €4.5m
It-Tielet Post €2.5m €1m €3.5m
Ir-Raba’ Post €1.5m €1m €2.5m

Dan ifisser lit-tim li ser jirbaħ il-UEFA Nations League ser jieħu s-somma ta’ €10.5m. L-idea ta’ din il-kompetizzjoni nibtet wara li l-assoċjazzjonijiet, kowċis, plejers u partitarji kienu tal-opinjoni li aħjar issir xi tip ta’ kompetizzjoni milli jintlagħbu l-partiti ta’ ħbiberija. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA ħa d-deċiżjoni li jgħolli s-somma tas-solidarity fees u l-bonus, wara li kienet ikkonfermata l-qagħda finanzjarja b’saħħitha tal-UEFA, li kienet mgħejjuna wkoll bid-dħul finanzjarju mill-kompetizzjoni tal-EURO 2016.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Futbol internazzjonali

Illejla tibda s-27 ġurnata tal-Kampjonat Premier Ingliż b’żewġ logħbiet li t-tnejn jibdew fid-20:45. Fil-Cardiff City Stadium, Cardiff jilqgħu lil Watford filwaqt li fl-Olympic Stadium ta’ Londra, West Ham jilagħbu kontra…

Aktar