Il-Ministru tal-Isport Russu Mutko jgħid li għada l-KOI jkollu l-lista finali

Olimpijadi ta’ Rio, donnu ma trid tintemm qat is-saga tal-iskandlu doping fl-Isport Russu. Illum il-Ministru tal-Isport tar-Russja Vitaly Mutko waqt li kien qe jitkellem quddiem il-kwartieri tal-Unesco f’pariġi qal li l-lista finali tat-team Russu se tkun għand il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali sa għada jiġifieri erbat ijiem biss qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ. Minkejja dan il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali se jibqa’ jkollu l-aħħar kelma dwar id-deċiżjoni finali lil min se jħalli jikkompeti jew le, fejn jekk hemm sanzjoni minn federazzjoni sportiva fuq doping jew każ pendenti anke relatat mal-aħħar Olimpijadi ta’ Londra u Beijing dawk l-atleti se jintbgħatu lura pajjiżhom.

Għalkemm uffiċjalment l-Olimpijadu jibdew nhar il-Ġimgħa l-ewwel kompetizzjoni dik tal-football tibda l-erbgħa bi programm ta’ sitt logħbiet mill-kompetizzjoni tan-Nisa. Il-kompetizzjoni tal-irġiel tibda l-Ħamis.

Miktub minn...
TVM Sport
.