Local Sports
Il-Ministru tal-Isport u t-Turiżmu tal-Polonja Witold Banka mistenni jsir il-President tal-WADA

Il-Ministru tal-Isport u t-Turiżmu tal-Polonja Witold Banka mistenni jsir il-President li jmiss tal-World Anti-Doping Agency, magħrufa aħjar bħala l-WADA.

Dan wara vot li ttieħed ilbieraħ u li ħallih kontestant waħdu.

Banka, ex atleta Pollakk li rebaħ Midalja tal-Bronż fir-relay 4×400 fil-kampjonati dinjija tal-2007, għeleb lill-Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Domnikana Marcos Diaz, f’vot li ttieħed apposta biex ikun hemm sostitut għal Craig Reedie, li se jħalli l-kariga.

Il-vot ittieħed minn rappreżentanti tal-Awtoritajiet Pubbliċi, u mill-21 membru tal-Gvern li qegħdin membri fil-Kumitat Eżekuttiv tal-WADA.

Banka mistenni jinħatar uffiċjalment President fil-konferenza dinjija kontra d-doping li se ssir f’Katowice, fil-Polonja bejn il-5 u s-7 ta’ Novembru.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Is-sittin edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt tnejn u għoxrin ta’ Frar li ġej. Edizzjoni speċjali is-sittin waħda minn meta dan l-avveniment kien ġie…

Mountain Bikes

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ħabbret il-kalendarju tagħha għall-2020. L-istaġun jibda l-Ħadd 19 ta’ Jannar fl-Imġarr. In-National Point Series ser tkun tikkonsisti f’ħames tlielaq mifruxa fuq il-perjodu bejn Jannar u Lulju….

Local Sports

Fid-9 ta’ Frar 2019, Evolve Endurance Club se jkun qed jorganizza l-ewwel l-edizzjoni ta’ Evolve 5 Mile. Permezz ta’ din it-tiġrija, Evolve Endurance Club qed jappoġġja lill-Fondazzjoni Inspire, li tipprovdi…

Local Sports

Kienet sena sportiva mill-aqwa fuq l-istazzjonijiet tal-Public Broadcasting Services li fihom xandarna diversi avveniment sportivi ta’ importanza kemm lokali u anki internazzjonali. Matul is-sena 2019, l-istazzjon nazzjonali kompla jwassal xandiriet…

Aktar