Moto GP
Il-MotoGP ta’ Silverstone fl-Ingilterra kkanċellata

Il-MotoGP li kellha ssir f’Silverstone, fl-Ingilterra, ġiet ikkanċellata.

Il-MotoGP kellha ssir f’Awwissu iżda l-organizzaturi ħabbru li għal din is-sena mhux se ssir minħabba l-coronavirus.

It-tellieqa li kellha ssir fl-Awstralja twaqqfet ukoll milli ssir għal dan l-istaġun.

F’Silverstone kellha ssir bejn it-28 u t-30 ta’ Awwissu filwaqt li dik tal-Awstralja kellha ssir f’Phillip Island bejn it-23 u l-25 ta’ Ottubru.

Il-Managing Director ta’ Silverstone rringrazzja lill-partitarji kollha li dejjem attendew għal din il-MotoGP u qal li se jkunu qed iħarsu ’l quddiem għall-avveniment tal-2021.

Miktub minn...
TVM Sport