Olimpijadi TOKYO 2020
Il-pandemija tkompli taffettwa l-vjaġġ tat-torċa olimpika

It-torċa olimpika tinsab fir-reġjun ta’ Fukuoka, fejn il-mixja tagħha kellha ssir fuq palk, b’diversi persuni jgħaddu t-torċa minn id għall-oħra. Il-pjan oriġinali tat-torċa olimpika kellu jiġi kkanċellat wara żjieda fin-numru ta’ każijiet ġodda tal-Covid-19.

Kien nhar il-Ġimgħa li għadda li l-organizzaturi ddeċidew li fir-reġjun ta’ Fukuoka t-torċa olimpika ma tgħaddiex minn toroq pubbliċi, filwaqt li kien deċiż ukoll li ma tgħaddiex mir-reġjun t’Okayama minħabba l-pandemija.

Fir-reġjun ta’ Fukuoka, dawk li kellhom iġorru t-torċa olimpika ltaqgħu fil-Heiwadai Athletic Stadium, fl-ewwel parti taċ-ċerimonja, u l-Erbgħa ċerimonja simili ser issir fil-Mużew ta’ Kanmon Kaikyo fil-belt ta’ Kitakyushu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA