Basketball
Il-Papa Franġisku jiltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Basketball Amerikan

Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ delegazzjoni ta’ plejers u uffiċjali mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Plejers tal-Basketbalol Amerikan. Il-laqgħa saret fil-librerija papali fil-Palazz Appostoliku, u dan wara li l-Vatikan estenda l-invit tiegħu lill-union tal-plejers.

Matul l-udjenza privata, il-Papa Franġisku ddiskuta diversi temi, fosthom l-inġustizzji soċjali u ekonomiċi, kif ukoll il-problema tas-sessi. Fil-preżent il-plejers tal-basketball Amerikan qegħdin jippruvaw joħolqu għarfien globali dwar il-ġustizzja soċjali wara li diversi persuni ta’ karnaġġjon skur kienu maqtula mill-pulizija fl-Istati Uniti fix-xhur li għaddew. Skont il-Papa Franġisku, l-isport jista’ jservi ta’ mezz kif jissolvew diversi problemi fis-soċejtà. Huwa qal li l-isport jista’ jgħin lill-bniedem ikun aktar uman.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA