Futbol internazzjonali
Il-partitarji ta’ PSG iridu lil Neymar jitlaq

Hija pjuttost inevitabbli li l-Brażiljan Neymar ser ikollu jitlaq lil PSG wara li fl-ewwel logħba ta’ Ligue 1, il-partitarji ħarġu qatta’ bla ħabel kontrih. Paris Saint-Germain bdew id-difiża tat-titlu b’rebħa ta’ 3-0 fuq Nimes, imma għalkemm l-attenzjoni kienet fuq l-ewwel suċċess fil-kampjonat, ħarġet ċara l-frustrazzjoni tal-partitarji minħabba l-aġir tal-Brażiljan.

Neymar kien mar għat-taħriġ xi ġranet tard wara l-vaganzi tas-sajf u fl-aħħar ġimgħat kien hemm spekulazzjoni qawwija li seta’ jingħaqad ma’ Barcelona jew Real Madrid fi Spanja. Tant fil-preżent hemm moviment qawwi kontrih, li l-kowċ Thomas Tuchel ħallih barra mill-iskwadra għall-ewwel logħba.

Permezz ta’ banners u kant matul il-logħba, il-partitarji għamluha ċara li ma jriduhx aktar mat-tim tagħhom u kontra Nimes in-nuqqas tiegħu ma nħass xejn. Tliet gowls bla risposta kienu biżżejjed biex PSG ħadu l-ewwel tliet punti tal-istaġun, b’Neymar irid jara fejn se jdabbar rasu llum qabel għada.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2019/20 Match Day 6 Grupp G Rangers 1 – 1 Young Boys 30min Alfredo Morelos 1-0 89min own goal Borna Barisic 1-1 FC Porto 3 – 2…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2019/20 Match Day 6 Grupp A APOEL Nicosia 1 – 0 Sevilla 61min Vujadin Savic 1-0 Qarabag FK 1 – 1 F91 Dudelange 63min Sabir Bougrine 0-1…

Futbol internazzjonali

Liverpool jinsabu interessati li jakkwistaw il-firma tal-midfielder Ġappuniż Takumi Minamino f’Jannar li ġej. Minamino impressjona fiż-żewġ logħbiet li RB Salzburg lagħbu kontra Liverpool fil-UEFA Champions League fejn irnexxielu jsib ix-xibka f’Anfield….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ il-ġdid ta’ Napoli Gennaro Gattuso mistenni jwettaq rivoluzzjoni fis-sistema tattika tat-tim. Rapporti Taljani jgħidu li Gattuso għandu ħsieb li jbiddel kompletament il-formazzjoni ta’ Napoli. Gattuso mistenni jġib bidla wkoll…

Aktar