Għawm
Il-Pixxina f’Tal-Qroqq tiftaħ nhar it-Tnejn. X’inhuma l-miżuri li trid issegwi biex tittrenja ?

Hekk kif mil-lum uffiċjalment ġew illaxkati xi miżuri għat-taħriġ ta’ Sport outdoor, TVM Sport jista’ jikkonferma li l-għawwiema u l-players tal-waterpolo jistgħu jibdew jitħarrġu fil-Pixxina tal-Qroqq minn nhar it-Tnejn hekk kif bħalissa għaddej l-aħħar xogħol ta’ tħejjija fosthom li qed timtela’ l-Pixxina bl-ilma wara x-xgħolijiet ta’ manutenzjoni li saru f’dawn l-aħħar jiem.

Intant hawn taħt il-lista ta’ miżuri li se jkunu qed jittieħdu li ġew imfassala u maqbula bejn SportMalta u l-Awtoritajiet tas-Saħħa li ġew ippublikati fil-linji gwida uffiċjali tal-Gvern:

Il-Miżuri għall-għawwiema:

Massimu ta’ 3 għawwiema f’kull lane ta’ Pool ta’ 25 metru

Massimu ta’ 4 għawwiema f’kull lane ta’ Pool ta’ 33 metru

Massimu ta’ 6 għawwiema f’kull lane ta’ Pool ta’ 50 metru

L-għawwiema jridu jgħumu fid-direzzjoni opposta mill-għawwiema ta’ ħdejhom

Jekk mal-għawwiema hemm coach trid tinżamm ir-regola dejjem ta’ 5 għawwiema biex ikunu sitt individwi b’kollox anke jekk il-coach ikun fuq id-deck

L-Ilma tal-Pixxini jrid jinżamm ‘il fuq minn 0.5/l Free Chlorine

Is-sessjonijiet iridu jinkludu ħinijiet li jkunu mqassam b’mod li ma jkunux hemm ħafna għawwiema f’naħa waħda tal-Pool kull darba li l-għawwiema jistrieħu minn eżerċizzju għall-ieħor.

Il-Miżuri għall-għawwiema tas-Synchro

L-Istess miżuri għall-għawwiema

Mhux permess li jsir taħriġ ta’ rutina fi grupp

Trid tinżamm id-distanza ta’ 3 metri bejn kull atleta fl-ilma

Il-Miżuri għat-teams tal-waterpolo

Il-Blalen iridu jkunu diżinfettati qabel u wara s-sessjoni

Ma jistax isir kuntatt jiġifieri taħriġ ta’ man up, man down, u sistemi tattiċi oħra mhux permessi

F’Pixxina ta’ 50 metru fejn possibbli tinqasam fi tliet sezzjonijiet, li jistgħu jerġgħu jinqasmu fi tliet sezzjonijiet oħra li fihom jistgħu jitħarrġu sa massimu ta’ ħames atleti f’kull sezzjoni minbarra f’dik tan-nofs li ma tistax tintuża.

Irid ikun hemm ukoll buffer lane bejn kull sezzjoni.

Il-kowċ fuq id-deck irid jilbes maskra jew visor.

 

Ara wkoll:

Mhux permess ebda kompetizzjoni fi sport ipprattikat f’timijiet

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Cachia eks referee internazzjonali Malti tal-waterpolo. Cachia beda jikkontrolla logħbiet tal-ogħla diviżjoni fil-kampjonat Malti fl-1970 fejn kien kunsidrat l-aqwa referee ta’ dak iż-żmien bil-maġġoranza tal-logħbiet li…

Għawm

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku l-ASA fi stqarrija qed tagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex hekk kif se jiġu rilaxxati aktar miżuri fosthom bil-ftuħ ta’ aktar attivita’ kummerċjali bħal restaurants, nail technicians u…

Aktar