Baseball & Softball
Il-plejer tal-baseball Felipe Vazquez akkużat mill-ġdid minħabba pornografija

Il-plejer tal-baseball Felipe Vazquez se jerġa’ jkun akkużat dwar pornografija relatata mat-tfal.

Vazquez hu wieħed mill-aktar plejers tal-baseball popolari u segwiet fl-Istati Uniti.

Il-plejer mill-Venezwela diġà kellu 20 każ ta’ dan it-tip fil-passat fil-Qorti ta’ Florida.

Vazquez se jitressaq dwar każ ġdid relatat ma’ tifla ta’ 15-il sena li tgħix f’Pennsylvania u li bagħtilha ritratti pornografiċi.

Il-plejer ta’ Pittsburgh Pirates se jkun qed jiffaċċja mill-Prosekuturi 21 każ relatat ma’ pornografija fuq it-tfal.

Bħalissa, il-plejer qed jinżamm fil-ħabs Westmoreland County.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Baseball & Softball

Bob Watson, l-ex Manager ta’ New York Yankees fl-Istati Uniti, miet fl-età ta’ 74. Watson kien figura popolari ħafna fid-dinja tal-baseball. L-aħbar għamluha uffiċjali l-ex tim tiegħu Houston Astros. Ibnu…

Baseball & Softball

Il-leġġenda tal-baseball Amerikan Al Kaline, miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Kaline hu wieħed mill-aktar plejers maħbuba ta’ kull żmien f’dan l-isport. “Mr Tiger”, hekk kif kien magħruf, lagħab 22…

Futbol lokali

L-Aħbarijiet Sportivi tas-Sibt 24 ta’ Marzu

Baseball & Softball

Uffiċjali tal-Malta Association of Baseball & Softball (MABS), id-direttur tar-referees Adrian Casha u r-referee Chuck Micallef, irrappreżentaw lill-MABS fil-Konvenzjoni Taljana tal-Baseball u Softball fl-Italja mis-26 sat-28 ta’ Jannar 2018. L-avveniment,…

Aktar