Futbol internazzjonali
Il-plejers Afrikani juru l-appoġġ lejn George Floyd

Il-plejers Afrikani tal-futbol jinsabu għaddejjin b’kampanja madwar id-dinja li fiha qed juru l-appoġġ għal George Floyd, ir-raġel li nqatel waqt li kien qiegħed jinżamm taħt arrest mal-art minn Derek Chauvin, Pulizija f’Minneapolis.

Il-każ seħħ fil-25 ta’ Mejju.

L-aħħar persuna li wera dan l-appoġġ lejn Floyd kien proprju Achraf Hakimi, il-plejer ta’  Borussia Dortmund mill-Marokk.

Hakimi deher jgħolli l-flokk tiegħu meta skurja fil-partita tal-Ħadd li għadda kontra Paderborn. Taħt il-flokk kellu l-kitba, ‘Justice for George Floyd’.

Il-gowl ta’ Hakimi wasal fl-84 minuta u l-plejer deher jgħaqqad anki l-ponn b’appoġġ lejn Floyd.

Hakimi kiteb ukoll fuq twitter li flimkien se negħlbu r-razziżmu u li teħtieġ ġustizzja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Inter 6   Brescia 0 Tliet gowls f’kull taqsima taw rebħa kbira ta’ 6-0 lil Inter fuq Brescia. Young poġġa lin-neroazzuri minn fuq wara 5 minuti, u Sanchez minn penalty għamilhom…

Futbol internazzjonali

West Ham 3   Chelsea 2 Rebħa li tista’ tiswa ħafna lil West Ham meta f’darhom għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 3-2. Dan kien skoss qawwi għal Chelsea fil-ġlieda tagħhom għal…

Futbol internazzjonali

Clemens Toennies, chairman ta’ Schalke 04, irriżenja wara 19-il sena fil-kariga. Toennies qal li rriżinja minħabba l-infezzjoni tal-coronavirus li laqtet waħda mill-fabbriki tiegħu tal-laħam u minħabba l-istaġun ħażin ta’ Schalke…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA ssospendiet lil ex uffiċjal tagħha Markus Kattner għal 10 snin u mmultatu miljun frank żvizzeru wara li rriżulta li ħa pagamenti personali f’bonuses mingħand individwi. Fi stqarrija, il-FIFA qalet…

Aktar