Futbol internazzjonali
Il-plejers Russi Kokorin u Mamayev jinżammu arrestati

Xejn mhuwa jidher feliċi l-futur għaż-żewġ plejers Russi Alexander Kokorin u Pavel Mamayev li aktar kmieni din il-ġimgħa wettqu attakk vjolenti fiċ-ċentru ta’ Moska. L-Imħallfin li tqabbdu sabiex jisimgħu l-każ, ordnaw li ż-żewġ plejers jinżammu arrestati sakemm tibda l-kawża tagħhom fit-8 ta’ Diċembru li ġej. Il-plejers ta’ Zenit St Petersburg u Krasnodar rispettivament, inqabdu fuq is-CCTV kameras jagħmlu assalt, filmati li ħolqu rabja kbira fir-Russja u saħansitra anke kien hemm reazzjoni mill-Kremlin.

Skont l-avukat ta’ Mamayev, wieħed mill-vittmi pprovoka lill-klijent tiegħu, u saħansitra jrid jiltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ sabiex jitolbu apoloġija u jieħu r-responsabilità ta’ dak li nqala’ hu stess. Mamayev lagħab 15-il darba mar-Russja, biss probabbli issa jista’ jinsa li jerġa’ jilbes il-flokk tat-tim nazzjonali.

Kokorin kien wieħed mill-plejers regolari għat-tim Russu, tant li kien diġa’ libes il-flokk nazzjonali għal 48 darba, imma ma kienx parti mit-tim fit-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena minħabba li kien imweġġa’ f’irkopptu.

S’issa għadu mhux magħruf jekk iż-żewġ plejers humiex ser jitkeċċew mill-klabbs rispettivi tagħhom jew inkella humiex ser ikunu mmultati fuq dak li nqala’.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Franza għelbu lill-Ġermanja bi skor ta’ 2-1 f’partita minn League A, Grupp 1. Il-Ġermanja marru fil-vantaġġ minn penalty ta’ Toni Kroos wara 14-il minuta logħob. Franza ġabu d-draw minn Antoine…

Futbol internazzjonali

Ġibiltà. It-tim li kien affiljat mal-UEFA ħames snin ilu rnexxielu jirbaħ żewġ logħbiet kompetittivi f’temp t’erbat ijiem. Fil-logħbiet internazzjonali uffiċjali, it-tim ta’ Ġibiltà ma setax jirbaħ waħda, u minn mindu…

Futbol internazzjonali

Il-partita minn League A, Grupp 1 bejn Franza u l-Ġermanja llejla se tintwera diretta u esklussivament fuq tvm.com.mt/sport u l-app ta’ TVM. Franza bħalissa qegħdin l-ewwel fil-grupp b’4 punti minn…

Futbol internazzjonali

Draw ta’ 1-1 b’goal fil-ħin miżjud ma’ Ċipru temm l-impenji tat-team nazzjonali Malti taħt il-21 sena fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Euro Under 21 2019. Id-draw kien il-premju minimu…

Aktar