Futbol internazzjonali
“Il-plejers ta’ Chelsea kienu ddejqu taħt Sarri” – Gianfranco Zola

Gianfranco Zola, l-ex assistant kowċ ta’ Chelsea, qal li ħafna mill-plejers kienu ddejqu jaħdmu mal-kowċ Maurizio Sarri.

F’intervista kontroversjali li ta lil Bein Sports, Zola qal li kien hemm plejers ta’ talent kbir bħal Willian u Hazard li soffrew minħabba t-tip ta’ eżerċizzji li kien jipprepara l-kowċ attwali ta’ Juventus.

Zola qal li Chelsea kellhom plejers kbar biżżejjed li kienu kapaċi jibdlu l-partita fi ftit sekondi.

Zola qal li t-taħriġ taħt Sarri kien wieħed tajjeb ħafna iżda ripetuttiv u wara diversi xhur il-plejers kienu ddejqu jmorru għat-taħriġ diġà jafu x’se jagħmlu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Inter 6   Brescia 0 Tliet gowls f’kull taqsima taw rebħa kbira ta’ 6-0 lil Inter fuq Brescia. Young poġġa lin-neroazzuri minn fuq wara 5 minuti, u Sanchez minn penalty għamilhom…

Futbol internazzjonali

West Ham 3   Chelsea 2 Rebħa li tista’ tiswa ħafna lil West Ham meta f’darhom għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 3-2. Dan kien skoss qawwi għal Chelsea fil-ġlieda tagħhom għal…

Futbol internazzjonali

Clemens Toennies, chairman ta’ Schalke 04, irriżenja wara 19-il sena fil-kariga. Toennies qal li rriżinja minħabba l-infezzjoni tal-coronavirus li laqtet waħda mill-fabbriki tiegħu tal-laħam u minħabba l-istaġun ħażin ta’ Schalke…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA ssospendiet lil ex uffiċjal tagħha Markus Kattner għal 10 snin u mmultatu miljun frank żvizzeru wara li rriżulta li ħa pagamenti personali f’bonuses mingħand individwi. Fi stqarrija, il-FIFA qalet…

Aktar