Futbol internazzjonali
Il-plejers ta’ Union Berlin jagħżlu li ma jeħdux il-paga biex jgħinu lill-klabb

Il-plejers ta’ Union Berlin iddeċidew li ma jeħdux il-paga sakemm jitkompla l-Kampjonat Ġermaniż. Il-plejers ħadu din id-deċiżjoni wara li l-klabb ħabbar li għaddej minn problemi finanzjarji kbar f’din is-sitwazzjoni straordinarja u diffiċli. Bħalissa l-Bundesliga tinsab sospiża, mingħajr l-ebda data fissa ta’ meta ser jitkompla l-logħob. Dan ifisser li l-klabbs qed ikollhom jibqgħu jħallsu l-pagi avolja l-plejers, l-istaff tekniku u diversi impjegati oħra mhumiex jirrappurtaw għax-xogħol.

Minħabba l-qagħda finanzjarja kritika ta’ Union Berlin, anke l-kowċis tat-tim flimkien mal-impjegati waslu għall-ftehim li xogħolhom ikun fuq bażi part-time, u b’hekk jittaffew ftit aktar l-ispejjeż. Dan it-tim wasal fil-Bundesliga għall-ewwel darba f’dan l-istaġun, u dan minħabba li huma bbażati fil-Ġermanja tal-Lvant, u meta l-Ġermanja ngħaqdet huma spiċċaw fit-tielet diviżjoni fil-Ġermanja, u kellhom jistennew sal-2019 sabiex ,laħqu l-ogħla diviżjoni fil-pajjiż.

Qabel ma ġie sospiż il-kampjonat, Union Berlin kienu jinsabu fil-11-il post tal-klassifika, bi 30 punt minn 25 logħba.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fi Spanja, wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew ħerġin rapporti li Lionel Messi jrid jitlaq lil Barcelona, tkellem il-President Josep Maria Bartomeu fejn serraħ ras il-partitarji li l-Arġentin ser itemm…

Futbol internazzjonali

Friski friski mir-rebħ tat-Tazza Ġermaniża, kif ukoll mir-rebħ tal-kampjonat għat-tmien sena konsekuttiva, Bayern Munich poġġew it-tazzi mirbuħa flimkien mal-oħrajn fil-mużew tal-Allianz Arena. Ir-rebħ tat-Tazza Ġermaniża s-Sibt li għadda kienet l-għoxrin…

Futbol internazzjonali

Athletic Bilbao 0   Real Madrid 1 Penalty ieħor kellu jsalva lil Los Blancos u jagħtihom it-tliet punti meta logħba wara l-oħra Sergio Ramos qed jerfa’ r-responsabbilità li jrebbaħ lit-tim tiegħu…

Futbol internazzjonali

Inter 1   Bologna 2 Fil-Giuseppe Meazza, Inter sfaw megħluba minn Bologna bl-iskor ta’ 2-1, f’logħba li ż-żewġ naħat spiċċaw jilagħbu b’għaxra. Kien Lukaku li poġġa lin-neroazzurri minn fuq fit-22 minuta,…

Aktar