Futbol internazzjonali
“Il-plejers tal-Premier League ġew taħt kritika inġusta minħabba l-COVID-19” – Harry Kane

Il-captain tal-Ingilterra, Harry Kane, qal li l-plejers tal-Premier League Ingliż ġew taħt kritika inġusta minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Ix-xahar li għadda, is-Segretarju tas-Saħħa fl-Ingilterra, qal li l-plejers għandhom jaċċettaw tnaqqis fis-salarji tagħhom.

Kane qal li l-maġġoranza kbira tal-plejers aċċettaw li jgħinu bl-aħjar mod kontra l-pandemija billi għenu fil-karità u li kulħadd ġie taħt skrutinju u kritika inġusta.

Kane qal dan waqt intervista ma’ BBC 5 Live.

F’din l-intervista, Kane faħħar lil dawk kollha li kienu minn ta’ quddiem fl-għajnuna kontra l-pandemija.

Ix-xahar li għadda, il-plejers fl-Ingilterra ħolqu inizzjattiva biex jiġbru fondi biex jagħtuhom f’għajnuna lis-servizzi tas-saħħa fil-pajjiż.

Miktub minn...
TVM Sport