Futbol internazzjonali
Il-plejers u d-Diretturi ta’ Bayern Munich u Borussia Dortmund jaqblu li jitnaqqas is-salarju

Il-plejers u d-Diretturi tal-klabbs ta’ Bayern Munich u Borussia Dortmund qablu li jitnaqqas is-salarju li għandhom skont il-kuntratt tagħhom.

Din id-deċiżjoni ħaduha biex ikunu jistgħu jitħallsu l-impjegati l-oħra li jaħdmu mal-istess klabbs fi żmien ta’ kriżi minħabba l-coronavirus.

Il-plejers ta’ Union Berlin, fis-sigħat li għaddew, ħabbru li se jkunu qed jaċċettaw li jibqgħu bla salarji għaż-żmien li ġej.

Il-ġimgħa li għaddiet, Borussia Monchengladbach kien l-ewwel klabb fil-Ġermanja li ħabbru li l-plejers tagħhom kienu qablu li jitnaqssilhom is-salarju.

Il-plejers ta’ Bayern Munich ħabbru li aċċettaw li jinqgħatalhom 20% tas-salarju filwaqt li dawk ta’ Borussia Dortmund ma ħabbrux ċifri iżda qalu li se jkunu qed iroddu lura parti mis-salarji tagħhom.

Il-kampjonat Bundesliga waqaf fit-8 ta’ Marzu u s’issa għad m’hemmx data meta se jitkompla.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Jekk kontu taħsbu li l-football kollu madwar id-Dinja jinsab wieqaf sejrin żbaljati għaliex fl-Ewropa eżattament fil-Belarus il-kampjonat tal-ogħla diviżjoni għadu għaddej. Bit-teams ta’ BATE Borisov u Dinamo Minsk l-iktar popolari…

Futbol internazzjonali

Il-players tal-football fil-Brażil se jkollhom vaganza twila kollox imħallas tal- inqas għal tliet ġimgħat minħabba l-coronavirus. Kollox qed jindka li l-Football fil-Brażil jinsab ukoll affetwat bil-virus u l-kampjonati jidher li…

Futbol internazzjonali

Il-Club tal-Premier Ingliż Manchester City se jkunu qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-NHS (National Health Service) parti sostanzjali tal-Etihad Stadium. Bħala parti mill-għajnuna li Manchester City se jkunu qed jagħtu lill-NHS se…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin għamilha ċara għall-ewwel darba kemm ilha li li ggravat il-kriżi COVID-19 bil-konsegwenza li waqfu l-kampjonati domestiċi li jekk dawn ma jistgħux jitkomplu sa Ġunju jistgħu jkunu dikjarati…

Aktar