Sports Internazzjonali
Il-PM Ġappuniż iħeġġeġ lill-pubbliku biex isegwi mid-dar

Il-Prim Ministru Ġappuniż Yoshihide Suga ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex iseġwi l-Olimpjadi ta’ Tokyo minn fuq it-televiżjoni. Dan biex jiġi evitat it-tixrid ta’ aktar infezzjonijiet tal-virus.

Suga kien qed jitkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbar aktar rilaxxar ta’ miżuri. Aktar qabel huwa ħabbar li neħħa l-istat ta’ emerġenza f’disa’ żoni iżda mhux f’seba’ oħra fosthom Tokyo fejn f’dawn iż-żoni ser ikun hemm numru ta’ limitazzjonijiet, tal-anqas sal-11 ta’ Lulju.

Bars ser ikunu jistgħu jservu l-alkoħol sas-7 ta’ filgħaxija filwaqt li r-ristoranti ser ikollhom jagħlqu fit-8 ta’ filgħaxija.

Qed jiġi rrapurtat ukoll li l-Gvern Ġappuniż qed jikkunsidra li jħalli sa’ massimu ta’ 10,000 spettatur fl-istadia matul dawn il-logħob.

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League