Tennis
Il-Pollakka Iga Swiatek tibqa’ impressjonata bil-messaġġi li rċeviet wara li rebħet ir-Roland Garros

Iċ-champion Pollakka Iga Swiatek, friska friska mir-rebħ tar-Roalnd Garros qalet li baqgħet impressjonata bin-numru kbir ta’ messaġġi li rċeviet, b’kulħadd jifirħilha għas-suċċess li kisbet f’Pariġi. Il-President Pollakk Andrzej Duda wkoll bagħat jawgura liż-żagħżugħa ta’ 19-il sena li saret l-ewwel Pollakka li qatt rebħet Grand Slam. Qabel ma’ beda r-Roland Garros, Iga Swiatek kienet tinsab fil-post numru 54 fir-rankings dinjija tat-tennis, imma dalgħodu mistennija titla’ mal-ewwel għoxrin tennista. Swiatek rebħet fil-finali tas-Sibt kontra Sofia Kenin 6-4, 6-1 biex b’hekk saret l-iżgħar tennista li rebħet l-Open ta’ Franza sa mill-1992, meta dakinhar kienet rebħet Monica Seles.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA