Futbol lokali
Il-Poloz tal-BOV Amateur League għall-istaġun 2021/22

Fin-National Amateur League wkoll ser ikun hemm żewġ gruppi minħabba li dan il-kampjonat ser ikun fih 19-il tim. Bħaċ-Challenge League, it-timijiet kienu seeded, bi Grupp A iffurmat minn 10 timijiet, filwaqt li Grupp B ser ikun b’9 timijiet.

Ser jintlagħbu żewġ rawnds, bil-logħob jibda fis-17 ta’ Settembru 2021 u l-kampjonat jintemm fid-9 t’April 2022 wara numru ta’ deciders.

L-ewwel tim minn kull grupp ser ikun promoss għaċ-Challenge League, filwaqt li jintlagħab decider bejniethom biex ikun magħruf ir-rebbieħ tal-kampjonat. Min-naħa l-oħra jintlagħbu play-offs għal min ser jispiċċa fit-tieni post u għaldaqstant ikun promoss ukoll għaċ-Challenge League.

Il-logħob tal-Amateur League ser jintlagħbu fis-Centenary Stadium, Sirens Stadium, Victor Tedesco Stadium u Luxol Stadium.

 

Grupp A – Msida St Joseph’s FC, Attard FC, Xgħajra Tornadoes FC, Birżebbuġa St Peter’s FC, Siġġiewi FC, Kalkara United FC, Dingli Swallows FC, Ta’ Xbiex SC, Għargħur FC, Għaxaq FC

Grupp B – Qormi FC, Żurrieq FC, Mtarfa FC, Kirkop United FC, Mellieħa SC, Marsaskala FC, Żabbar St Patrick’s FC, Santa Venera Lightnings FC, Mdina Knights FC

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA