Futbol internazzjonali
Il-Porsche li kien isuq Diego Armando Maradona fl-aħħar staġun tiegħu fl-Ewropa se tinbiegħ f’irkant

Il-karozza Porsche li kien isuq Diego Armando Maradona fl-aħħar staġun tiegħu fl-Ewropa se tinbiegħ f’irkant.

Maradona kien isuq il-Porsche 911 biex imur għat-taħriġ u għal-logħob meta kien fi Spanja ma’ Sevilla, fl-aħħar staġun tiegħu fl-Ewropa bejn l-1992 u l-1993.

Il-karozza stmata li tiswa bejn €150,000 u €200,000, imma l-irkantaturi qed jgħidu li l-Porsche mistennija ġġib aktar flus minn hekk minħabba min kien isuqha.

L-irkant se jsir online bejn illum u l-10 ta’ Marzu.

Il-Porsche 911 kienet għand xi ħadd ieħor għal 20 sena f’Majorca, imbagħad għaddiet minn diversi jdejn ta’ kollezzjonisti Franċiżi.

B’kollox għandha mal-120,000 kilometru.

Miktub minn...
TVM Sport