International Sports
Il-Posponiment tal-Olimpijadi ta’ Tokyo se jiswa’ lill-KOI €741 miljun

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach tkellem għall-ewwel darba fil-pubbliku minn mindu tħabbar uffiċjalment il-posponiment tal-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020 għas-sena d-dieħla.

Wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li saret b’mod virtwali Bach indiriiza l-media wkoll b’mod virtwali fejn ħabbar li l-posponiment tal-Olimpijadi se jiġi jiswa’ lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali €741 miljun.

Min din iċ-ċifra €602 miljun se jmorru għall-Ġappun bħala l-pajjiż li kellu kollox lest għall-Olimpijadi din is-sena u issa jrid jorganizza kollox sena oħra. Il-kumplament jiġifieri €139 miljun se jkunu mqassma lill-Federazzjonijiet Internazzjonali li kienu se jkollhom l-Isport tagħhom fl-Olimpijadi jiġifieri 32 sport b’kollox.

Għadu mhux magħruf jekk il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali hux se jkun qed jantiċipa l-ħlas ta’ solidarjeta’ li jagħti lill-Kumitati Olimpiċi madwar id-Dinja inkluż lill-Kumitat Olimpiku Malti relatati mad-dħul tad-drittijiet televiżivi tal-Olimpijadi li l-ħlas kważi kollha diġa’ kien sar lill-KOI.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

Aktar