Futbol lokali
Il-Premier Division Standing Committee jikiteb lill-Clifton Grima u jfakkar li l-maġġoranza tal-Clubs favur li jkun terminat il-Premier

Fi żvilupp ieħor il-Premier Division Standing Committee kiteb lis-Segretarju Parlamentari għall-isport Clifton Grima biex jagħmilha ċara li l-maġġoranza assoluta tal-clubs tal-Premier tibqa’ favur terminazzjoni immedjata tal-kampjonat.

Fl-ittra b’reazzjoni għal ittra oħra mibgħuta lill-uffiċju tal-prim ministru minn Valletta, Birkirkara u Gżira Utd favur it-tkomplija tal-kampjonat Premier, l-istanding committee ifakkar li aktar kmieni dax-xahar kien talab lill-MFA tiddikjara l-kampjonat terminat minħabba li l-clubs ma setgħux jistennew aktar deċiżjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa. Ifakkar ukoll li din il-proposta kienet approvata minn għaxra mill-erbatax-il club tal-Premier: Balzan, Gudja, Ħamrun, Hibernians, Mosta, Santa Lucia, Senglea, Sirens, Sliema u Tarxien: bi Floriana jastjenu u t-tlieta l-oħra jivvutaw kontra.

Ir-raġunijiet prinċipali li jtenni l-istanding committee għall-appell tiegħu huma s-saħħa tal-players, staff u uffiċjali: u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-clubs.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Illejla Floriana jilqgħu lill-Estonjani ta’ Flora Tallinn fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali fit-3 Round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, il-kowċ ta’ Floriana Enzo Potenza għamilha ċara…

L-MFA se tipproponi lill-awtoritajiet tas-saħħa li l-partitarji jibdew jirritornaw fl-istadia tal-football minn Novembru. Wara laqgħa virtwali tal-Kunsill tal-MFA illum, il-President tal-Assoċjazzjoni Bjorn Vassallo spjega li l-ewwel pass fil-pjan huwa li…

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Aktar