Il-President elett tal-WADA lest iħarrax is-sanzjonijiet kontra r-Russja

Il-President elett tal-Assoċjazzjoni Dinjija ta’ Kontra d-Doping il-WADA, Witold Banka stqarr li lest li jieħu azzjonijiet ħorox fil-konfront tar-RUSASA l-aġenzija ta’ kontra d-doping tar-Russja jekk jinstabu ħatja ta’ manipulazzjoni ta’ riżultati tad-doping tal-atleti tagħha.

Banka fil-preżent huwa l-Ministru tal-Isport u tat-Turiżmu fil-Polonja u mistenni jidħol uffiċjalment fil-kariga bħala President tal-WADA fl-1 ta’ Jannar 2020.

Għal aktar minn erba’ snin ir-Russja kienet taħt il-lenti ta’ numru ta’ sanzjonijiet u investigazzjonijiet wara li fl-2015 ħarġu rapport fejn żvelaw sistema organizzata ta’ doping fil-komunita’ sportiva Russa.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Olimpijadi TOKYO 2020

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020. Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu. L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Sports Internazzjonali

Eluf ta’ partitarji nġabru fil-belt ta’ Kansas biex jagħtu merħba lit-tim wara r-rebħ tas-Super Bowl. Il-Ħadd li għadda, The Kansas City Chiefs rebħu s-Super Bowl wara ħamsin sena, u l-partitarji…

Aktar