Il-President tal-EBU Logist preżenti waqt Reloaded, l-ikbar attivita’ tas-sena fil-Boxing

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Il-Ġimgħa filgħaxija fl-ex Trade Fair Grounds fin-Naxxar issir l-ikbar attivita’ tal-Boxing tas-Sena organizzata minn Prize Boxing Promotions. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra l-Promotur Demis Tonna flimkien mat-tifel tiegħu Doulton reġa’ għażel l-istess post fejn din is-sena l-attivita’ li se tinkludi 15 -il ġlieda ngħatat l-isem ta’ Reloaded.

Esperjenza unika wkoll għall-Boxers Maltin speċjalment għall-boxers Professjonali Steve Martin u Tyronne Borg li se jiġġieldu għall-ewwel darba taħt l-iskrutinju tal-President tal-EBU European Boxing Union Bob Logist li ġie Malta apposta sabiex jagħti l-appoġġ personali fl-ewwel avveniment minn meta l-Malta Boxing Association ġiet rikonoxxuta uffiċjalment bħala membru tal-akbar federazzjoni Ewropeja tal-Boxing.

Tyronne Borg se jiġġieled kontra l-Ungeriż Peter Zsilkak filwaqt li l-attenzjoni prinċipali tas-serata se tkun fuq ir-ritorn fuq ir-ring ta’ Super Steve Martin wara nuqqas ta’ għaxar xhur minħabba injury. Martin se jiġġieled kontra blata, Ferench Salas li għandu fil-komma xejn inqas minn 40 bout professjonali u 100 oħra amateur.

Reloaded se jara d-debutt fil-Boxing tal-ex player Internazzjonali Malti Luke Dimech li li għażel stage name ta’ deadly. Dimech se jaffronta lil Redent Galea f’dik li ssejħet is-Celebrity Charity Contest.

Il-Boxers Maltin oħra li se jkunu inkoraġġiti minn madwar elfejn spettatur fin-Naxxar jinkludu fost l-oħrajn Micahel Carter, Kerstin Brown, Lydon Chircop, Duncan Calleja, Christian Schembri, Keith Azzopardi, Daniel Micallef, Garth Galea, u Richard Vella b’dan tal-aħħar se jkun qed jiġi osservat mill-EBU bil-possibilita’ li jaqleb professjonali.

Fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Boxing Association Marc James il-preżenza ta’ Logist f’Malta hi l-bidu tal-istabilita’ u organizazjoni professjonali fil-qasam tal-Boxing f’pajjiżna. Marc James flimkien mas-Segretarju ġenerali Lief Magnussen kienu strumentali sabiex l-MBA tidħol membru fi ħdan l-EBU.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Boxing: Il-bieraħ fil-Montekristo Estates saret promozzjoni oħra ta’ Impact Promotions sanzjonata mill-Malta Boxing Association fejn fiha ġġieled il-Boxer Libjan li ilu residenti f’Malta għal diversi snin Malik Zinad. Zinad iġġieled…

L-ex Champion tad-Dinja tal-heavyweight Mike Tyson se jkun qed jirritorna fir-ring għall-ġlieda ta’ esebizzjoni kontra l-ex Champion tal-weight world, Roy Jones Jr. Il-ġlieda hi skedata li ssir fit-12 ta’ Settembru,…

Christian Ċoqqos Schembri għeleb lir-rival antik Scott Dixon fuq għaxar rounds fi ġlieda li rat lill-ex-champion tal-Commonwealth Dixon jirritorna fir-ring minn sospensjoni t’erba’ snin. L-event ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda…

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Aktar