Olimpijadi TOKYO 2020
Il-President tal-Kumitat Olimpiku Grieg jittama li l-fjamma tat-Torċa Olimpika teqred il-Coronavirus

Olimpijadi Tokyo 2020: L-Organizaturi tal-edizzjoni tat-32 edizzjoni tal-Olimpijadi rċevew b’mod simboliku t-torċa Olimpika mil-Belt Kapitali Griega Ateni.
Din hi ċerimonja tradizzjonali hekk kif Ateni l-Belt tal-ewwel edizzjoni tal-Olimpijadi moderni tgħaddi t-torċa lill-Belt li se tkun qed torganiżża l-Olimpijadi. F’ċerimonja quddiem il-cameras tat-televiżjoni biss mingħajr pubbliku, kien il-President tal-Kumitat Olimpiku Grieg Spuros Capralos li għadda t-Torċa lir-rapreżenttant ta’ Tokyo 2020 Naoko Imoto. F’kelmtejn tal-okkażjoni l-President tal-Kumitat Olimpiku Grieg qal li jittama li l-fjamma tat-Torċa teqred  il-Coronavirus. L-Organiżatturi tal-Olimpijadi għadhom jittamaw li s-sitwazzjoni tal-virus madwar id-Dinja taqleb għall-aħjar biex l-Olimpijadi jsiru xorta kif ippjanat bejn l-24 ta’ Lulju u d-9 ta’ Awwissu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

L-atleti li kienu diġà kwalifikaw għall-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 qabel ma l-Logħob ġie pospost, se jżommu posthom bħala parteċipanti għal meta se jsiru s-sena d-dieħla. Madraw 6,200 atleta minn 11,000…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-Assoċjazzjoni tal-futbol fil-Korea t’Isfel talbet lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex jgħolli l-limitu tal-età tal-plejers tal-futbol li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi li issa se jsiru s-sena d-dieħla. L-Assoċjazzjoni Koreana qalet li dawk il-plejers…

Olimpijadi TOKYO 2020

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali beda jiddiskuti mal-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi madwar id-dinja sabiex l-Olimpjadi jsiru bejn Lulju u Awwissu tas-sena li ġejja. Il-ħsieb tal-KOI hu li sax-xahar id-dieħel ikunu ġew deċiżi…

Olimpijadi TOKYO 2020

Il-President Amerikan tkellem mal-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe u faħħru għad-deċiżjoni meħuda li l-Olimpjadi jkunu posposti għas-sena d-dieħla. Skont Trump, id-deċiżjoni meħuda kienet l-aqwa waħda fiċ-ċirkostanzi. Il-Gvern Ġappuniż minn dejjem…

Aktar