Futbol lokali
Il-President tal-MFA jikkomunika l-aħħar deċiżjonijiet fl-isfond tal-kriżi COVID-19

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Bureau tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football.

Vassallo spjega li fl-isfond tal-kriżi Coronavirus il-UEFA għarfet lill-55 assoċjazzjoni membru li ffirmat riżoluzzjoni mar-rapreżentanti tal-Leagues Ewropej, l-ECA u anke l-FIFPRO fejn hemm ftehim dwar it-triq ‘il quddiem hekk kif ġew affetwati diversi kompetizzjonijiet li ġew kollha posposti. Fost dawn hemm il-Kampjonat Ewropej UEFA Euro 2020 kif ukoll, il-kompetizzjonijiet ewropej bħal UCL u UEL u l-kampjonati domestiċi. Il-UEFA kkonfermat li ntlaħaq qbil li l-kalendarju tal-kampjonati domestiċi fl-ewropa għandhom kollha jaslu sat-tmiem tagħhom. F’każ fejn ikun hemm xi pajjiżi li dan ma jistax iseħħ il-UEFA se tkun qed twaqqaf ‘working group’ biex tgħin fid-deċiżjonijiet.

Vassallo qal li l-UEFA se tkun ukoll qed testendi d-data l-liċenzjar tal-Clubs b’xhar sa April 2020.

Mil-lat lokali Vassallo fil-messaġġ tiegħu qal li f’dawn l-aħħar jiem iltaqa’ l-Bureau tal-MFA u ddiskuta diversi suġġetti u wasal għal diversi deċiżjonijiet. Fost id-deċiżjonijiet li ttieħdu u ġew komunikati lill-istakeholders kollha permezz ta’ conference call li saret il-Ġimgħa, kien hemm l-estensjoni biex ikunu ppreżentati l-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-Clubs Maltin. Deċiżjoni oħra hi li l-Clubs se jkunu skużati mill-obbligu tal-istatut tal-MFA li jorganizzaw EGM biex japprovaw il-finanzi tagħhom. Dawn issa jistgħu jkunu approvati fil-Laqgħat Ġenerali Annwali li jkunu skedati għal Mejju u Ġunju. Is-CPD’s tal-Coaches ukoll ġew sospiżi għal dan l-istaġun.

Il-President tal-MFA ħabbar li l-MFA se tkun qed tikkompila rapport intern fejn se telenka d-danni li sofriet l-assoċjazzjoni biex eventwalment dan ikun ippreżentat lill-awtoritajiet. Vassallo ma tax dettalji jekk dan ir-rapport għat-talba għad-danni hux se jkun preżentat lill-UEFA, l-FIFA jew lill-awtoritajiet lokali f’pajjiżna.

L-aħħar deċiżjoni komunikata kienet dwar il-kontinwazzjoni iktar minn qabel tal-Forum intern tas-Social Dialogue hekk kif l-MFA tinsab konxja li diversi Clubs jinsabu fi kriżi fir-relazzjoni ma’ ħafna mill-impjegati tagħhom fosthom, players, coaching staff u impjegati oħra. Vassallo qal li l-MFA taf li s-sitwazzjoni preżenti qed tħalli efett ta’ nuqqas ta’ cash flow fil-Clubs u allura l-MFA se tkun qed tagħmel dak kollu possibli biex bil-kontribut ta’ dawk kollha involuti fil-logħba jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet wara din il-kriżi tal-COVID-19.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda sitt klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Aktar