Oħrajn
Il-Prim Ministru jilqa’ f’Kastilja ċ-champions tat-triathletes għas-Super League Triathlon

Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ f’Kastilja, iċ-Champions tat-Triathlets għas-Super League Triathlon li se ssir f’pajjiżna.

Dan huwa avveniment li se jkun qed jasal fid-dar ta’ aktar minn 400 miljun persuna.

Malta għall-ewwel darba se tospita wieħed mill-akbar avvenimenti sportivi, jekk hux l-akbar wieħed għall-2018, fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Fil-parti se ssir f’Malta se  jipparteċipaw numru kbir ta’ triathletes ta’ klassi  internazzjonali fl-istaġun ġdid tas-Super League Triathlon li se jkun organizzat matul tmiem il-ġimgħa bejn is-27 u t-28 ta’ Ottubru. Dan l-avveniment mistenni jiġbed l-attenzjoni ta’ ħafna aktar u nsibu li bosta entużjasti lokali għal dan it-tip ta’ sport ikunu ħerqana jistennewh.

L-istaġun fetaħ bl-ewwel leg li saret f’Jersey qabel ippreparaw għat-tieni leg li se ssir f’Malta. Imbagħad ikomplu sejrin f’Majorca, Singapore u l-Awstralja. Din id-dixxiplina hija fost l-aktar sport popolari fid-dinja u x-xenarju uniku Malti se jikkumplimenta l-isfidi u l-eċċitament li joffri dan l-avveniment. Dan l-isport hu magħruf ħafna għad-diffikultajiet li joħloq kif ukoll għall-ispirtu ta’ avventura li jevoka. Issa l-pubbliku Malti se jkollu l-opportunità kollha li josserva mill-qrib l-aqwa atleti tad-dinja waqt li jikkompetu kontra xulxin fil-klima relattivament sħuna ta’ Ottubru.

Meta ntgħażlet Malta bħala waħda mill-postijiet għal dan l-avveniment dan ikkonferma l-isem tajjeb li għandha Malta grazzi għall-isforzi kontinwi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu li tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni sportiva. L-Awtorità tefgħet l-appoġġ kollu tagħha wara dan l-avveniment sportiv kbir. TVM hu msieħeb esklussiv mas-Super League Triathlon u qed jaħdem mal-organizzaturi biex iwassal l-aqwa esperjenza possibbli ta’ dan l-avveniment sportiv importanti, partikolarment il-leg ta’ Malta.

Fost l-atleti li se naraw f’Malta fl-aħħar ta’ dan ix-xahar se jkun hemm Alistair Brownlee (Renju Unit), Ashleigh Gentle (Awstralja), Carolina Routier (Spanja), Flora Duffy (Bermuda), Henri Schoeman (L-Afrika t’Isfel), Jacob Birtwhistle (Awstralja), Jonny Brownlee (Renju Unit), Katie Zaferes (Stati Uniti), Mario Mola (Spanja), Nicola Spirig (Żvizzera), Rachel Klamer (Olanda) u Richard Murray (L-Afrika t’Isfel).

Din hija biss lista qasira ta’ uħud mill-aqwa atleti li se jkunu f’Malta u li se jpaxxu lid-dilettanti lokali bl-aġilità, il-ħeffa u t-teknika tagħhom f’dan l-isport

F’diskors qasir, il-Prim Ministru tkellem dwar l-investiment li qed isir fil-qasam tal-isport minn dan il-Gvern.

TVM2 ixandar dirett dan l-avveniment, is-Sibt u l-Ħadd li ġej, mill-11.00am ‘il quddiem.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Tifla ta’ 10 snin se tkun waqfet rekord mondjali ġdid hekk kif mill-1 ta’ April li ġej se tibda titħarreġ il-logħba tal-GO bħala plejer professjonali. Il-logħba tal-GO hi board game…

Oħrajn

Laura Zeng, il-ġinnasta numru 1 tal-Istati Uniti, u r-rebbieħa ta’ ħames midalji tad-Deheb fil-Logħob Pan Am, ġiet sospiża sitt xhur minn kull attività sportiva wara li ttestjat pożittiva mill-USADA għal…

Oħrajn

Matias Perrone tal-Arġentina rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-footgolf li saret f’Marralesh, fil-Marokk, il-Ħadd li għadda. Perrone rebaħ lill-Ingliż Ben Clarke b’żewġ xuttijiet iktar biex temm fl-ewwel post. Perrone rebaħ it-titlu fuq…

Oħrajn

Il-Brażiljan Gabriel Medina rebaħ il-kampjonat dinji 2018 bl-aħħar tappa li saret ilbieraħ fil-Hawaii. Hu spiċċa fl-ewwel post qabel l-Awstraljan Julian Wilson li spiċċa fit-tieni post. Medina rebaħ it-tappa Billabong Pipe…

Aktar