Futbol lokali
Il-Professur Charmaine Gauci titkellem għall-ewwel darba fuq is-sitwazzjoni tal-football f’Malta

Il-Professur Charmaine Gauci ma tat ebda indikazzjoni jew ebda ħjiel dwar meta jista’ jitkompla l-kampjonat BOV Premier f’pajjiżna.

Meta saritilha mistoqsija mill-ġurnalist ta’ TVM Keith Demicoli dwar jekk taħsibx li d-data tal-1 ta’ Ġunju biex jerġa’ jitkompla l-kampjonat tal-ogħla diviżjoni f’pajjiżna hija data realistika, il-Professur Gauci kienet kawta ħafna fir-risposta tagħha u qalet li ma tistax tgħid xejn dwar id-dati eżatt meta se jkunu rilassati xi miżuri.

Hi qalet li tifhem li hemm ħafna nies dilettanti tal-football pero’ qalet li kulħadd irid jifhem li din hi sitwazzjoni differenti.

‘Kif wieħed ineħħi xi miżuri irid ikun hemm risk assessment’. qalet Gauci.

Il-Bieraħ l-Eżekuttiv tal-Malta Football Association ikkonferma li ġew terminati l-kampjonati kollha mill-Ewwel Diviżjoni ‘l isfel inkluż il-kampjonat tan-Nisa, tal-Futsal u anke tal-Youths li ma kienx għad hemm deċiżjoni fuqhom.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar