Futbol lokali
Il-proposta dwar 11-il player barrani: reazzjonijiet mill-MFPA u l-MFA

Wara li jumejn ilu l-Premier Division Standing Committee ħa vot favur l-introduzzjoni ta’ regolament għall-użu ta’ 11 -il player barrani fil-kampjonat Premier, il-Malta Football Players Association ħarġet il-pożizzjoni tagħha fejn qalet li ma’ taqbilx ma’ din il-proposta.

Filwaqt li sostniet li din id-deċiżjoni għad trid tkun approvata fil-kunsill tal-MFA wara li jittieħed vot, l-MFPA qalet li mingħajr programm serju ta’ żvilupp , il-proposta tal-Premier League Standing Committee se tkun qed taċċerta li l-klabbs ma jkollhomx għalfejn jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-plejers Maltin u l-futbol Malti. L-Assoċjazzjoni tal-players tenniet li jekk din il-proposta tgħaddi in-nies li jmexxu f-futbol se jkunu qed jisparaw f’saqajhom stess.

Il-Malta Football Association intant fi stqarrija separata għamlitha ċara li kuntrarju għall-impressjoni li setgħet ingħatat, il-proposta tal-Premier League Standing Committee mhux talli għadha ma ġietx approvata, iżda l-MFA għadha lanqas ma rċeviet ebda proposta f’dan ir-rigward.

L-MFA qalet li jekk eventwalment titressaq, il-proposta trid tiġi evalwata, diskussa u approvata mill-Kunsill: l-organu magħmul mill-clubs infishom u persuni oħra fi ħdan l-assoċjazzjoni b’interess dirett fil-logħba tal-football.

Miktub minn...
TVM Sport
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Rebħa importanti għat -team ta Jose Borg Tarxien hekk kif dawn it tlett punti rawhom jitilgħu jokkupaw it tmien post fil klassifika premier kif ukoll jaqbzu lil St Andrews. Bla…

Futbol lokali

Il-bews xi ħaġa sabiħa. Normalment, bewsa tagħti tifsira ta’ rispett u mħabba bejn xulxin. Iżda l-bewsa spontanja li saret ilbieraħ fil-partita mill-Kampjonat BOV Premier bejn Hamrun Spartans u Gżira United,…

Futbol lokali

Mosta………..0 Senglea A…..3 Fl-ewwel logħba tas-Sibt fil-Hibernians Stadium, Senglea Athletic ħadu t-tieni rebħa fit-tieni round u t-tieni rebħa infila fil-Kampjonat BOV Premier, meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-0. S’issa,…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……1 Sliema……..1  

Aktar