Futbol internazzjonali
Il-Prosekuturi fl-Iżvizzera jkomplu bil-każ ta’ Platini u Blatter

Il-Prosekuturi fl-Iżvizzera qed ikomplu bil-każ kontra l-ex President tal-UEFA Michel Platini li flimkien mal-ex President tal-FIFA Sepp Blatter jinsabu taħt investigazzjoni dwarha.

Din l-aħbar ikkonfermaha l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali fl-Iżvizzera.

Il-Prosekuturi qed jakkużaw lil Blatter li rranġa pagament ta’ żewġ miljuni Franki Żvizzeri mill-FIFA biex għaddiehom lil Platini personalment fi Frar tal-2011.

Blatter u Platini kienu ġew sospiżi mill-futbol internazzjonali fl-2016 għal sitt snin.

It-tnejn li huma kienu qalu li m’għamlu xejn ħażin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Napoli 0 Atalanta baqgħu għaddejjin mill-forma pożittiva tagħhom meta laqgħu lil Napoli u rebħulhom 2-0 biex issa kważi ċerti minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Il-gowls kienu…

Aktar