Futbol internazzjonali
Il-pulizija Arġentina lejn Madrid qabel il-finali tat-Tazza Libertadores il-Ħadd li ġej

Il-pulizija Arġentina se tagħmel il-vjaġġ għal Madrid biex tgħin lill-forzi tas-sigurta Spanjoli jiddentifikaw lil dawk li mistennija joħolqu l-inkwiet qabel il-final tat-Tazza Libertadores bejn iz-zewġ rivali mill-Arġentina, Boca Juniors u River Plate.

Qed ikun stmat li mal-għaxar t’elef persuna partitarji taż-żewġ teamijiet se jagħmlu l-vjaġġ twil mill-Amerka t’Isfel lejn Spanja biex isegwu dan il-konfront li minħabba l-inkwiet bejn il-partitarji diġa ġie pospost darbtejn.

Issa din il-finali se tintlgħab f’Estadio Bernabeu ta’ Real Madrid nhar il-Ħadd illi ġej.

Fl-ewwel leg bejniethom dan il-konfront finali ntemm fi draw ta’ 2-2 Boca home, iżda l-logħba ta’ ritorn li kienet mistennija ssir f’Buenos Aires fl-erbgħa u għoxrin ta’ Novembru li għadda ġiet posposta darbtejn wara li l-partitarji ta’ River kienu attakkaw ix-xarabank tal-players ta’ Boca barra l-Istadium Monumental.

Bil-wasla ta’ eluf ta’ partitarji Arġentini u oħrajn min dan il-pajjiż li jgħixu fl-Ewropa, l-pulizija Spanjola qed tiddeskrivi din il-logħba bħala l-aktar waħda riskjuza fl-istorja tal-belt kapitali Spanjola.

Aktar minn elfejn u hames mitt uffiċjal tal-pulizija mistennija jkunu ordnati biex izommu l-ordni fil-qalba ta’ Madrid u fil-viċinanzi tal-istadium ta’ Real Madrid għal din il-finali mistennija u li qed tiġi mlaqqma bħala ‘Superclasico’.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Futbol internazzjonali

Atlético Madrid ħabbru akkwist ieħor matul dan is-suq tat-trasferimenti. Id-difensur laterali ta’ Tottenham Hotspur, Kieran Trippier, ingħaqad mat-tim Spanjol għas-somma ta’ €22 miljun. Il-plejer ta’ 28 sena telaq minn Londra…

Futbol internazzjonali

Il-captain t’Ajax, Matthijs de Ligt, it-Tlieta filgħaxija wasal Turin sabiex jagħmel it-test mediku qabel jiffirma ma’ Juventus għas-somma ta’ €75 miljun. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li wassal lil Ajax sas-semifinali…

Futbol internazzjonali

Skont rapporti li ħerġin mill-media Ingliża u Spanjola, id-difensur ta’ Tottenham Hotspur Kieran Trippier ser jingħaqad m’Atlético Madrid. Skont id-Daily Telegraph, Trippier diġa’ jinsab fil-kapitali Spanjola sabiex jiftiehem it-termini tal-kuntratt…

Aktar