Futbol internazzjonali
Il-pulizija ta’ Guernsey għadhom ma qatgħux qalbhom mill-għibien tal-ajruplan

Il-pulizija ta’ Guernsey, fi stqarrija li ħarġu ftit tal-minuti ilu, qalu li qegħdin jimxu fuq erba’ possibiltajiet li setgħu seħħew mill-għibien tal-ajruplan li fuqu kien hemm l-akkwist il-ġdid ta’ Cardiff City Emiliano Sala.

Il-pulizija qalu li qegħdin ifittxu fuq dawn l-erba’ possibiltajiet:

  1. L-ajruplan illandja xi mkien ieħor u m’għamilx kuntatt;
  2. L-ajruplan illandja fuq l-ilma, u l-plejer u l-pilota ġew salvati imma ma sarx kuntatt;
  3. L-ajruplan illandja fuq l-ilma, u l-plejer u l-pilota rnexxilhom jagħmluha għal fuq il-life raft li kien preżenti fuq l-ajruplan;
  4. L-ajruplan tfarrak malli mess mal-ilma u l-plejer u l-pilota jinsabu fil-baħar.

Il-pulizija waslet għal dawn l-erba’ possibiltajiet wara li s’issa t-tfittxijiet kollha li saru rriżultaw fin-negattiv u ma nstabet l-ebda traċċa, la tal-ajruplan u lanqas tal-individwi.

F’rapporti mhux konfermati, jidher li l-aħħar messaġġ li l-plejer Sala bagħat lill-familjari tiegħu kien minn fuq l-ajruplan stess fejn kiteb, “Dan l-ajruplan donnu qed jaqa’ biċċiet. Jekk sa siegħa u nofs oħra ma tisimgħux mingħandi nittama li jkunu ħarġu jfittxuna għax ma nafx kemm ser naslu qawwijin u sħaħ. Qiegħed nibża.'”

Emiliano Sala kien sejjer fil-belt kapitali ta’ Wales sabiex jibda l-avventura tiegħu mat-tim ta’ Cardiff City wara t-trasferiment mingħand it-tim ta’ Nantes, bit-titjira li kienet qed twasslu mill-belt Franċiża sa Wales setgħet kienet possibilment l-aħħar waħda tiegħu. Jidher li tard it-Tnejn filgħaxija, l-ajruplan li kien fuqu Sala tilef il-kuntatt mat-torri tal-kontroll fil-Kanal Ingliż qrib il-gżira ta’ Guernsey.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…

Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Aktar