Olimpijadi TOKYO 2020
Il-Qatar interessat jospita l-Olimpjadi 2032

Il-Qatar illum għamluha uffiċjali li jinsabu interessati li jospitaw l-edizzjoni tal-Olimpjadi tal-2032.

Il-Qatar se jospitaw l-edizzjoni li jmiss 2022 tat-Tazza tad-Dinja.

Il-Kumitat Olimpiku tal-Istat Għarbi qal li tefa’ r-rikjesta mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex jingħaqad fi djalogu dwar min possibbilment jista’ jospita dawn l-Olimpjadi.

Fl-aħħar snin, il-Qatar dejjem kien interessat li jospita avveimenti mondjali kbar fix-xena tal-isport. Huma diġà organizzaw il-kampjonat mondjali tal-atletika.

L-Olimpjadi qatt ma saru fil-Lvant Nofshani u l-Qatar jista’ jkun l-ewwel pajjiż li jagħmel dan.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku tal-Brażil iddeċida li minħabba s-sitwazzjoni xejn feliċi fil-pajjiż minħabba l-COVID-19 se jkunu qed jitolbu lill-ammont ta’ atleti Brażiljani sabiex dawn imorru l-Portugal biex ikomplu t-taħriġ tagħhom għall-Olimpijadi tas-sena…

Sports Internazzjonali

Il-canoer Arġentin Sebastian Rossi kellu jsib mezz ġdid ta’ taħriġ f’nofs il-pandemija tal-Covid-19. Rossi, ta’ 28 sena, qiegħed jitħarreġ fil-pool tal-maħbuba tiegħu b’sistema differenti minn tas-soltu. Fejn qabel kien imur…

Olimpijadi TOKYO 2020

Jekk l-Olimpjadi ta’ Tokjo ma jsirux is-sena d-dieħla se jkunu kkanċellati għal kollox. Dan qalu l-kap ta’ dawn il-Logħob Yoshiro Mori. L-Olimpjadi ta’ Tokjo kellhom isiru fis-sajf li ġej iżda…

Aktar